L-għan ġenerali tal-investiment propost minn Transavia SA permezz ta’ dan il-proġett huwa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u tiżdied l-effiċjenza enerġetika billi tiġi installata kapaċità ġdida ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja. Għalhekk, l-investiment propost jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali tal-Programm Operazzjonali għall-Infrastruttura Kbar — Assi Prijoritarju 6 dwar il-promozzjoni ta’ enerġija nadifa u effiċjenza enerġetika sabiex tiġi appoġġata ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, kif ukoll għall-kisba tal-objettiv speċifiku tal-Prijorità ta’ Investiment 6.4 dwar il-promozzjoni ta’ azzjonijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u tiżdied l-effiċjenza enerġetika billi jiġu installati kapaċitajiet ġodda/modernizzazzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja.