Il-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni Ewropea. Għandha l-għan li tikkoreġi l-iżbilanċi bejn il-pajjiżi u r-reġjuni. Hija twettaq il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, speċjalment it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.
Il-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE hija l-politika ewlenija ta’ investiment tal-Unjoni Ewropea bi kważi terz tal-baġit totali tal-Unjoni mwarrab għaliha fl-2021-2027, li jikkorrispondi għal €392 biljun.
Kohesio fih informazzjoni dwar proġetti appoġġjati mill-Politika ta' Koeżjoni tal-UE għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.
Ikopri l-proġetti kollha żviluppati taħt il-programmi operazzjonali nazzjonali u reġjonali li huma kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni (FK), u l- Fond Soċjali Ewropew (FSE), li jinkludu, fejn rilevanti, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.
Kohesio jinkludi wkoll il-proġetti tal-Programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (magħrufa wkoll bħala INTERREG).
L-UE tiffinanzja ħafna proġetti oħra lil hinn minn dawk misjuba fil-Kohesio. Tgħallem aktar dwar il-fondi kollha tal-UE u l-mod ta’ ġestjoni tagħhom.
Meta wieħed jikkonsidra l-metodi innovattivi ta’ ġbir u n-natura tad-data (jiġifieri, listi ta’ operazzjonijiet għall-komunikazzjoni u t-trasparenza), huwa importanti li wieħed jikkonsidra numru ta’ twissijiet u limitazzonijiet meta juża d-data ta’ Kohesio:
Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK - Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-2014-2020 u r-Regolament (UE) 2021/1060għall-perjodu 2021-2027) huwa l-leġiżlazzjoni ta’ referenza għall-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE. Dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ komunikazzjoni u trasparenza jirrikjedu lill-Istati Membri u lill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni biex jippubblikaw il-listi ta’ operazzjonijiet u jaġġornawhom kull 6 xhur (rekwiżit għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020).
Għalhekk, dawn il-listi ta’ operazzjonijiet huma s-sorsi primarji ta’ data għall-Kohesio.
Il-Kohesio tistandarizza u tiġbor id-data minn dawn il-listi u tagħmilhom disponibbli pubblikament.
Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri u tal-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni li jiżguraw li d-data tiġi prodotta u aġġornata skont ir-regolamenti rilevanti.
Il-Kummissjoni Ewropea ma tista’ taċċetta ebda responsabbiltà dwar il-preċiżjoni tal-kontenut mil-lista ta’ operazzjonijiet fil-Kohesio.
Għal aktar informazzjoni, ara l-Avviż Legali u l-Istqarrija ta’ Privatezza.
| Pajjiż | Titlu | Url | L-aħħar aġġornament f’Kohesio |
|---|---|---|---|
![]() | Employment - AT - ESF+/JTF | url | 2 Diċembru 2025 |
![]() | Investments in employment and growth 2021-27 – AT – ERDF/JTF | url | 2 Diċembru 2025 |
![]() | Wallonia-Brussell - FSE+ | url | 3 Ġunju 2025 |
![]() | Wallonia 2027 – BE – ERDF/JTF | url | 11 Novembru 2025 |
![]() | Flanders – BE – ERDF | url | 11 Novembru 2025 |
![]() | Brussels Capital Region - ESF+ | url | 11 Novembru 2025 |
![]() | Brussels Capital Region – BE – ERDF | url | 11 Novembru 2025 |
![]() | Reġjun Kapitali ta' Brussell - FSE+ | url | 11 Diċembru 2025 |
![]() | Il-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż - FSE+ | url | 23 Mejju 2025 |
![]() | list of operations ERDF-CF-ESF+-JTF for Bulgaria:21-27 | url | 12 Novembru 2025 |
![]() | list of operations ERDF-ESF+-JTF for Czechia:21-27 | url | 15 Lulju 2025 |
![]() | Cohesion Policy Funding – EE – ERDF/ESF/CF/JTF | url | 9 Ottubru 2025 |
![]() | Basic Material Assistance - ES - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Andalucia - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Baleares - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Canarias - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Aragon - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Asturias - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Castilla La Mancha - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Castilla Leon - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Cantabria - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Cataluna - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Youth Employment - ES - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Employment, Education, Training and Social Economy - ES - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Social Inclusion, Child Guarantee and Fight Against Poverty - ES - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Valencia - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Extermadura - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Ceuta - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Madrid - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Melilla - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Galicia - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | La Rioja - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Pais Vasco - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Murcia - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Navarra - ESF+ | url | 9 Diċembru 2025 |
![]() | Innovation and skills – FI – ERDF/ESF+/JTF | url | 4 Novembru 2025 |
![]() | lista ta' operazzjonijiet FEŻR-FSE-JTF għal Franza :21-27 | url | 4 Ġunju 2025 |
![]() | list of operations ERDF-CF-ESF+-JTF for Greece:21-27 | url | 19 Novembru 2025 |
![]() | Competitiveness and cohesion – HR – CF/ERDF | url | 3 Diċembru 2025 |
![]() | Integrated territorial programme – HR – ERDF/JTF | url | 3 Diċembru 2025 |
![]() | Efficient Human Resources – HR – ESF+ | url | 3 Diċembru 2025 |
![]() | In-Nofsinhar, il-Lvant u l-Midland - IE - FEŻR | url | 10 Ġunju 2025 |
![]() | EIST – IE – FSE+ | url | 1 Mejju 2025 |
![]() | Tranżizzjoni Ġusta - IE - JTF | url | 10 Ġunju 2025 |
![]() | It-Tramuntana u l-Punent - IE - FEŻR | url | 10 Ġunju 2025 |
![]() | EU Funds’ Investments – LT – ERDF/ESF+/CF/JTF | url | 17 Ottubru 2025 |
![]() | Smarter and greener Europe – LU – ERDF/JTF | url | 4 Diċembru 2025 |
![]() | Investing in the Future - LU - ESF+/JTF | url | 4 Diċembru 2025 |
![]() | Cohesion policy funding - LV – ERDF/CF/ESF+ | url | 3 Novembru 2025 |
![]() | Riżorsi Umani u Ħiliet – MT – FSE+ | url | 4 Ġunju 2025 |
![]() | Investment in jobs and development – MT – CF/ERDF/JTF | url | 4 Ġunju 2025 |
![]() | Oost-Nederland – NL – FEŻR | url | 12 Mejju 2025 |
![]() | Nederland – NL – JTF | url | 5 Ġunju 2025 |
![]() | Zuid-Nederland – NL – FEŻR | url | 5 Ġunju 2025 |
![]() | Il-Punent tan-Nederland – NL – FEŻR | url | 5 Ġunju 2025 |
![]() | Noord-Nederland – NL – FEŻR | url | 6 Ġunju 2025 |
![]() | list of operations ERDF-ESF+-JTF for Poland:21-27 | url | 15 Lulju 2025 |
![]() | list of operations ERDF-CF-ESF+-JTF for Portugal:21-27 | url | 5 Novembru 2025 |
![]() | list of operations ERDF-ESF+-JTF for Romania:21-27 | url | 15 Lulju 2025 |
![]() | Programm Nazzjonali - SE - FSE+ | url | 10 Ġunju 2025 |
![]() | lista ta' operazzjonijiet L-Isvezja: 21-27 | url | 10 Ġunju 2025 |
![]() | EU Cohesion Policy - SI - ERDF/CF/ESF+/JTF | url | 3 Diċembru 2025 |
![]() | Programme Slovakia – SK– ERDF/CF/JTF/ESF+ | url | 10 Novembru 2025 |
F’konformità mal-Anness XII tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-listi ta’ operazzjonijiet irid ikun fihom l-informazzjoni li ġejja għal kull operazzjoni:
For the 2021-2027 programming period, in line with Article 49(3) of the Regulation (EU) No 2021/1060, the mandatory fields for each operation must contain:
Skont id-dispożizzjonijiet legali speċifiċi, l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni huma mitluba jippubblikaw verżjoni aġġornata tal-listi ta’ operazzjonijiet tagħhom mill-inqas kull sitt xhur għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, u mill-inqas kull erba’ xhur għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027.
Nagħmlu ħilitina biex nipprovdu l-informazzjoni l-aktar aġġornata disponibbli fuq Kohesio. Madankollu l-ipproċessar ta’ ammont kbir ta’ data minn sorsi multipli inevitabbilment jinvolvi dewmien wara l-pubblikazzjoni tagħha mill-Awtoritajiet ta’ ġestjoni. Is-sorsi tad-data l-aktar riċenti jibqgħu l-listi oriġinali kondiviżi fuq is-siti web tal-programm u/jewil-web portals nazzjonai.
Kohesio hu disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE
Aħna nużaw l-eTranslation, l-għodda tat-traduzzjoni awtomatika mfassla mill-Kummissjoni Ewropea, biex tittraduċi awomatikament għall-Ingliż it-titli tal-operazzjonijiet / il-proġetti u d-deskrizzjonijiet f’Kohesio.
Filwaqt li nagħmlu ħilitna kollha biex noffru l-aqwa preċiżjoni, it-traduzzjoni ta’ ċerti proġetti għandha mnejn ma tkunx preċiża. Int imħeġġeġ li tirraporta dawn il-każijiet u tingħaqad magħna fit-titjib tal-kwalità ġenerali tal-bażi ta’ għarfien ta’ Kohesio billi tibgħat id-dettalji lit-Tim ta' Kohesio.
Il-koordinati ġeografiċi (il-latitudni u l-lonġitudni) jiġu kkompjutati mill-indirizz jew mill-kodiċi postali grazzi għal Nominatim(ġeokodifikazzjoni).
Il-benefiċjarji huma llinkjati mal-ekwivalenti tal-Wikidata tagħhom (kull meta jeżistu), imsejsa fuq l-algoritmi tal-apprendiment awtomatiku. Il-preċiżjoni hija ogħla minn 90% iżda żbalji b’rabta magħhom jibqgħu possibbli, ħossok liberu li tirrapportahom.
Iva! Hemm tliet modi kif dan jista’ jsir:
Għal aktar informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid, il-politika, u d-drittijiet tal-awtur, iċċekkja l-Avviż Legali u l-Istqarrija ta’ Privatezza.
Int mistieden li tikkuntattja t-Tim ta’ Kohesio biex titgħallem dwar metodi li jinkorporaw il-mapep u l-listi tagħna tagħna fuq is-sit web tiegħek stess.
Tista’ ssib informazzjoni komprensiva u aġġornata dwar il-Politika ta’ Koeżjoni fuq InfoRegio, is-sit web tal-Politika Reġjonali tal-UE.
Barra minn hekk, id-Data tal-Koeżjoni tipprovdi settijiet ta’ data fuq livell ta’ programm. Hija pjattaforma ta’ data miftuħa li tipprovdi data dwar il-finanzjament u l-kisbiet tal-fondi tal-UE taħt ġestjoni kondiviża għaż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni 2014-2020 u 2021-2027. Il-pjattaforma tivviżwalizza l-aħħar data disponibbli fil-livell tal-Pajjiżi, il-Fondi, it-Temi u l-Programmi.
Kohesio collects and standardizes – to the extent possible – hundreds of different publicly available lists of operations published on the web by the Managing Authorities. Such data are not reported to the Commission. Their formats, data structures, and the granularity of the information they contain vary significantly across such documents.
Taking into consideration the innovative collection methods and the nature of the data (i.e. lists of operations for communication and transparency), it is important to consider a number of caveats and limitations when using Kohesio data: