Kohesio: skopri proġetti tal-UE fir-reġjun tiegħek

About Kohesio

Kohesio hi bażi tad-data komprensiva tal-għarfien li joffri aċċess ħafif u trasparenti għal informazzjoni aġġornata dwar proġetti u benefiċjarji kofinanzjati mill-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.

Il-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE tappoġġja mijiet ta’ eluf ta’ proġetti fir-reġjuni u l-ibliet kollha tal-Unjoni Ewropea. Għandha l-għan li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, billi tikkoreġi l-iżbilanċi bejn il-pajjiżi u r-reġjuni. Din twettaq ukoll il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, speċjalment t-tranżizzonijiet ekoloġiċi u diġitali.

Hawn tista’ ssib informazzjoni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni (FK), u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Bħalissa l-bażi tad-data fiha akta minn 1.5 miljun proġett u madwar 500,000 benefiċjarju.

PProgressivament se naġġornaw Kohesio bi proġetti u benefiċjarji ġodda għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri tal-UE u l-awtoritajiet tal-programm.

Kohesio jistrieħ fuq l-istandards miiftuħin tal-web tas-semantika W3C u għodda ta’ sors miftuħ provduti mill-Wikimedia Deutschland. Is-settijiet tad-data kollha huma disponibbli kemm f'CSV/XLSX kif ukoll f'format RDF(aral-paġna Servizzi).

Sors tad-data u garanzija limitata

L-Istati Membri tal-UE u l-awtoritajiet responsabbli mill-programmi jippubblikaw listi ta’ operazzjonijiet u benefiċjarji relatati skont l-obbligi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (ir-Regolament (UU) 1303/2013, l-Anness XII u r-Regolament (UE) 2021/1060, l-Artikolu 49).

Il-Kohesio tiġbor flimkien id-data u tistandardizzaha minn dawn il-listi ta’ operazzjonijiet. ld-data kollha ppubblikata fil-listi taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Awtortijajiet ta’ Ġestjoni rispettivi. Il-Kummissjoni Ewropea ma tista’ taċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward tal-preċiżjoni tal-kontenut fil-Kohesio.

Għal aktar informazzjoni, ara l-Avviż Legali u l-Istqarrija ta’ Privatezza.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

L-informazzjoni fuq dan is-sit web mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea, jew tal-awtorità nazzjonali jew tal-programm tal-Istati Membri tal-UE jew ta’ kwalunkwe korp tal-Unjoni Ewropea.

Kuntatt

Għal kwaunkwe mistoqsija jew feedback dwar il-Kohesio, jekk jogħġbok ikkuntattja REGIO-KOHESIO@ec.europa.eu.