Kohesio: skopri proġetti tal-UE fir-reġjun tiegħek

Dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà

Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: https://kohesio.ec.europa.eu

Ma tapplikax għal kontenut ieħor jew siti web oħra ppubblikati fuq xi subdominju tiegħu. Dawn is-siti web u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni ta' aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.

Is-sit web huwa ġestit mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Politika Reġjonali u Urbana u mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija. Hu mfassal biex jintuża mill-akbar għadd tan-nies possibbli inklużi persuni b'diżabbiltà.

Suppost tkun tista’:

  • tiżżumja sa 200% mingħajr problemi
  • tinnaviga l-biċċa l-kbira tas-sit b’keyboard biss
  • )tinnaviga l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iscreen u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-computer jew fuq il-mobile tiegħek).

Dan is-sit web tfassal biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u apps tal-mobile, EN 301 549, v.3.2.1. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).

Status tal-konformità

Dan is-sit web hu parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Livell AA tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1. Ara Il-kontenut mhux aċċessibbli għal aktar dettalji.

L-aħħar darba li s-sit web ġie ttestjat kien fil-15/11/2023.

Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni

Din id-dikjarazzjoni ġiet riveduta fl-20/12/2023

Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq reviżjoni minn għodda awtomatizzata msejħa Axe Monitor.

Feedback

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Kohesio. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa ma’ xi ostakli ta’ aċċessibbiltà:

  • Ċempel: 00 800 6 7 8 9 10 11
  • Formola ta’ kuntatt: Iktbilna (jekk jogħġbok tagħtix informazzjoni sensittiva fil-formola, eż. xi informazzjoni li tiżvela informazzjoni personali finanzjarja, informazzjoni marbuta ma’ saħħtek, jew xi suġġett ieħor sensittiv).

Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tiegħu għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.

Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva

Is-sit web ta’ Kohesio tfassal biex inkun kompatibbli ma’ dawn it-teknoloġiji assistivi l-aktar użati:

  • l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome u Apple Safari;
  • flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ JAWS, NVDA, VoiceOver u TalkBack.

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-aċċesibilità tas-sit web Kohesio jistrieħ fuq dawn it-teknoloġiji biex jaħdem ma’ kumbinazzjoni partikolari ta’ web browser u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugin installat fuq il-computer tiegħek:

  • HTML
  • WAI-ARIA
  • CSS
  • JavaScript

Kontenut mhux aċċessibbli

Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web Kohesio, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet, li qed naħdmu biex nirranġaw. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufin u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt.

Limitazzjonijiet magħrufa tas-sit web ta’ Kohesio:

  • Mapep: In-navigazzjoni qalb il-ġabra ta’ proġetti bl-użu tal-opzjoni tal-mapep tista’ tkun diffiċli għal xi utenti peress li jiddependu fuq l-identifikazzjoni viżwali tar-reġjuni. Barra minn hekk, fuq xi għażliet jista’ jintwera ammont kbir ta’ tikek. Għal esperjenza aħjar f’dawk il-każijiet l-opzjoni rakkomandata hi li tuża il-filtru tal-listi minflok in-navigazzjoni tal-mappa.
  • Videos: Videos inkorporati f’dan is-sit web m’għandhomx deskrizzjoni tal-awdjo.
  • Testi: il-possibbiltà li xi titli u deskrizzjonijiet jinqraw hija limitata, jew minħabba l-livell baxx ta’ redazzjoni, l-użu tal-akronimi jew il-proċess tat-traduzzjoni awtomatika.
  • Immaġini: xi immaġini m’għandhomx deskrizzjoni alternattiva tat-test
  • Il-Ġerarkija tat-Titli: Xi paġni ma jippreżentawx kontenut fl-organizzazzjoni tal-ġerarkija tat-tili
  • ARIA: Xi elemnti moħbijin tal-ARIA fihom elementi li jistgħu jiffokaw.