Bil-ħsieb li jiġu assorbiti l-fondi tal-FSE għall-implimentazzjoni tal-bażi tal-proġett ippjanata, l-SMEM bħala PT1 se tappoġġa l-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali u toħloq ambjent tax-xogħol sostenibbli permezz ta’ kofinanzjament tal-pagi. Se jingħata wkoll appoġġ għat-taħriġ tal-impjegati bil-ħsieb li jiżdied il-livell tal-kompetenza u l-effettività professjonali tagħhom, kif ukoll biex jiġu pprovduti attivitajiet ta’ komunikazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali tal-proġetti, li se jżidu l-effiċjenza tal-unità organizzattiva akkreditata fit-twettiq tal-funzjonijiet delegati tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-HRP.