Calypso SOUTH jindirizza l-isfidi ta’ trasport marittimu aktar sikur, il-protezzjoni tal-ħajjiet umani fuq il-baħar, u s-salvagwardja tar-riżorsi tal-baħar u kostali minn ħsarat irriversibbli. Huwa impenn li l-avvanz teknoloġiku u l-isforzi xjentifiċi jitqiegħdu għas-servizz tar-reazzjonijiet umanitarji, jitnaqqsu r-riskji fit-tbaħħir, u jiġi protett l-ambjent tal-baħar. Calypso SOUTH isegwi t-traċċa ta’ l-inizjattivi preċedenti CALYPSO u CALYPSO FOLLOW, bl-għanijiet ġenerali ta’ i) l-estensjoni tal-kopertura tan-netwerk tar-radar CALYPSO HF għall-parti tal-Punent tal-Kanal ta’ Malta-Sqallija u l-approċċi tan-Nofsinhar lejn l-arċipelagu Malti, ii) l-iżvilupp ta’ għodod ġodda ta’ monitoraġġ u tbassir, u iii) it-twassil ta’ servizzi operattivi downstream imfassla apposta biex jassistu entitajiet nazzjonali responsabbli fl-impenji tagħhom ta’ sigurtà marittima, salvataġġ u rispons ta’ emerġenza. Il-bidliet mistennija jinkludu appoġġ intelliġenti tal-ICT għal entitajiet responsabbli biex jillimitaw il-ħinijiet ta’ intervent u jnaqqsu ż-żoni ta’ tiftix. L-outputs ewlenin jikkonsistu fi stazzjonijiet tat-temp għal applikazzjonijiet integrati tas-sikurezza fil-portijiet, stazzjonijiet tar-radar addizzjonali tal-HF biex itejbu l-kopertura, il-kwalità u d-disponibbiltà tad-data għal servizzi downstream immirati. L-entitajiet benefiċjarji responsabbli jinkludu l-Forzi Armati ta’ Malta, Transport Malta, id-Dipartimenti tal-Protezzjoni Ċivili (Malta/Sqallija), il-Gwardja tal-Kosta Taljana, u Marina Militare Italiana bit-titjib tal-effiċjenza, il-firxa u l-affidabbiltà tal-operazzjonijiet tagħhom favur is-sigurtà u s-sikurezza superjuri fuq il-baħar. F’CALYPSO SOUTH approċċ sinerġistiku bejn l-imsieħba Maltin u Sqallin huwa obbligatorju peress li l-għanijiet tal-proġett jistgħu jintlaħqu esklussivament permezz ta’ approċċ transkonfinali minħabba l-karatteristiċi inerenti u mingħajr fruntieri tas-suġġett. Fil-fatt, ix-xejriet osservati ta’ varjabbiltà tal-kurrenti tal-baħar u tar-riħ jissuġġerixxu li periklu kkawżat f’sit jista’ jhedded is-sit kontroparti; barra minn hekk, is-sigurtà fuq il-baħar fil-biċċa l-kbira tinvolvi l-ilmijiet transkonfinali. In-netwerk tal-ICT propost jirrikjedi li l-istazzjonijiet HF jiġu installati kemm fuq in-naħa ta’ Malta kif ukoll fuq in-naħa ta’ Sqallija. Il-proġett huwa pedament ieħor lejn il-ħolqien gradwali ta’ strutturi permanenti li jinkludu Awtostrada Elettronika tal-Baħar komprensiva fiż-żona