Li tipprovdi analiżi territorjali dwar l-impatt ekonomiku tad-diżastri naturali u għarfien dwar l-aħjar prattiki fil-livell territorjali relatati mal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri u l-adattament għat-tibdil fil-klima. L-eżitu ewlieni għandu jkun evidenza pan-Ewropea fil-livell territorjali dwar it-telf ekonomiku dirett u indirett ta’ diżastri naturali, u analiżi fil-livell territorjali tal-aħjar prattiki relatati mal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Għandhom jiġu żviluppati wkoll rakkomandazzjonijiet ta’ politika dwar kif għandhom jiġu integrati r-riżultati ta’ din ir-riċerka fl-ippjanar integrat tal-iżvilupp spazjali bbażat fuq il-post.