Lejn l-aħħar tad-disgħinijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-“Kompendju tal-UE dwar is-Sistemi u l-Politiki tal-Ippjanar Spazjali”, li dak iż-żmien kien jinkludi 15-il Stat Membru tal-UE. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, l-UE espandiet għal 28 Stat Membru u kien hemm bidliet sinifikanti fil-politika territorjali u ta’ koeżjoni pan-Ewropea. Il-governanza territorjali u s-sistemi ta’ ppjanar spazjali issa saru wieħed mill-elementi ewlenin ta’ strateġiji integrati ta’ żvilupp transsettorjali u mekkaniżmi ta’ twassil ta’ politika fost l-Istati Membri u l-pajjiżi sħab tal-ESPON.