Il-proġett ippreżentat minn AFYREN neoxy għandu l-għan li jibni u jopera unità ta’ produzzjoni ta’ prodotti b’bażi bijoloġika, bl-użu tat-teknoloġija unika ta’ AFYREN fis-settur tal-bijoteknoloġija industrijali. Il-prodotti se jippreżentaw profil uniku (100 % b’bażi bijoloġika, l-ebda użu ta’ OĠM, attività ta’ short circuit) li jippermettilhom joffru offerta ġdida fis-swieq tagħhom. Il-kumpanija għażlet il-pjattaforma ta’ Carling minħabba li tgħaqqad il-prossimità għall-materja prima, il-kompetittività intrinsika (speċjalment minħabba l-preżenza ta’ servizzi industrijali eżistenti), u faċilitajiet loġistiċi biex twassal lill-klijenti tagħha.