L-Università ta’ Malta qed tipproponi li twaqqaf Kumpless Transdixxiplinarju ta’ Riċerka u Skambju ta’ Għarfien (trake). Dan jinvolvi l-kostruzzjoni, l-irfinar, il-forniment u t-tagħmir ta’ bini tal-ogħla livell fuq il-Kampus tal-Imsida magħmul primarjament minn faċilitajiet tal-laboratorju, kmamar tas-seminars u tal-konferenzi, spazju għall-istudju tar-riċerkaturi u l-faċilitajiet addizzjonali kollha meħtieġa biex jipprovdu ambjent adegwat, sikur u komdu għall-akkademiċi, il-persunal tekniku, ir-riċerkaturi u l-istudenti.