L-Awtorità tal-Ippjanar (Ingliż: Planning Authority, PA) hi aġenzija tal-Gvern ta' Malta li hi responsabbli għall-użu tal-art u għall-ippjanar f'Malta. L-awtorità ġiet stabbilita fl-4 t'April 2016 meta nqasmet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Dan wassal ukoll għall-kreazzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. (from Wikipedia)